Lokali Saħħa

COVID-19: 16-il każ ġdid – ifiqu 35

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 35 persuna.

Fortunatament ma ġiet irreġistrata ebda fatalità kawża ta’ dan il-virus biex b’hekk il-vittmi għadhom qed jammontaw għal 459.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li preżentament il-każi attivi qed jammontaw għal 263 filwaqt li l-pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei pożittivi għal Covid-19 huma 7, inkluż pazjent li jinsab rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.