Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa tal-Kabinett għal dalgħodu.
Sorsi li tkellmu ma’ NET News ikkonfermaw li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ssejħu għal din il-laqgħa, li qed issir f’dawn is-sigħat. U għalkemm it-tema ewlenija se tkun il-Budget, l-istess sorsi qed jindikaw li l-Prim Ministru – li għadu kif wasal lura mill-Vatikan – se jkun qed iressaq il-ħsibijiet tiegħu dwar l-elezzjoni ġenerali.
Sadanittant, diversi imprendituri u sidien tal-ħwienet qalulna li din l-inċertezza dwar id-data tal-elezzjoni ġenerali diġà qed taffetwa l-andament tan-negozju. Oħrajn appellaw biex il-Prim Ministru jkun ċar “illum qabel għada”.
//= $special ?>