It-tennista Ingliża Emma Raducanu tilfet l-ewwel partita sa minn meta rebħet l-Open tal-Istati Uniti meta fl-Indian Wells tilfest kontra Aliaksandra Sansovich. Raducanu li tinsab fit-22 post fir-rankings tad-dinja, kienet qed tfittex il-11-il rebħa konsekuttiva iżda kienet megħluba, 6-2 6-4 minn Sansovich li tinsab fil-100 post fir-rankings tad-dinja.
Raducanu ma lagħbitx fl-ewwel rawnd wara li kienet bye bl-istess tennista mistennija tikkompeti fil-Kremlin Cup f’Moska ftit tal-jiem oħra.
//= $special ?>