Dalgħodu qed ikompli l-ġuri fil-konfront ta’ Bojan Cmelik, ir-raġel ta’ 39 sena ta’ nazzjonalita’ Serba akkużat bil-qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti.
Illum qed isir l-aċċess fuq il-post tad-delitt fil-preżenza tal-Imħallef Aaron Bugeja, il-ġurati, l-akkużat u r-rappreżentanti legali taż-żewġ partijiet.
Hugo Chetcuti miet ftit jiem wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina nhar is-6 ta’ Lulju 2018, ftit ‘il bogħod minn wieħed mill-istabbilimenti tiegħu f’Paceville. Hu kellu 52 sena.
//= $special ?>