Jekk qed tgerger għax il-kont tad-dawl qed jiġik ogħla mis-soltu,skont il-Ministru Miriam Dalli dak huwa biss tort tiegħek għax int ħlejt id-dawl.
Minkejja l-ħafna tgergir li kien hawn fl-aħħar ġimgħat fuq iż-żiediet fil-kontijiet tad-dawl, il-Ministru tal-enerġija… ffaċċjata b’mistoqsijiet dwar din l-ispike, qaltilna li l-kontijiet ma żdiedux, u li d-differenza kienet minħabba l-heatwave, daqs li kieku n-nies ma jafux x’qed jgħidu.
Dalli qalet li jekk wieġed iqabbel mas-sena l-oħra jara li l-kondtijiet baqgħu l-istess.
Il-Ministru Dalli sadanittant, filwaqt li tipprova tiċħad iż-żieda li kien hemm fil-kontijiet, tibqa’ għal xi raġuni b’idejha marbuta fuq il-powerstation tal-electrogas, u tonqos milli tikkundanna lil Konrad Mizzi.
Din il-powerstation qed tipproduċi enerġija li fil-biċċa l-kbira tal-ħin qed tiswina ferm aktar minn dik li jipproduċi l-interconnector. Iżda l-Gvern Laburista rabat mażra m’għonq il-poplu b’din il-powerstation u jibqa’ ma jridx jinħall minnha.
Ironikament, biex iżid il-produzzjoni tal-enerġija f’pajjiżna, il-Gvern Laburista, li tant jiddefendi l-powerstation tal-gas, m’għażilx li jagħmel powerstation oħra bħala – imma mar għal dik li kienet il-proposta tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri it-tieni interconnector.
//= $special ?>