Lokali

Jaħsbu f’ħaddieħor waqt żmien iebes ferm għalihom stess

RITRATT: FACEBOOK

Solange u Antoine Magri ftit tal-jiem ilu għaddew minn trawma kerha li l-ebda ġenitur ġdid ma jkun irid imqar joħlom biha.

Il-koppja tilfu wild ġdid, iċ-ċkejken Juan, li ta’ xahrejn biss tilef il-battalja għall-ħajja ma’ marda rari.

Iżda f’nofs dan l-uġigħ u f’mument daqstant diffiċli, Solange u Antoine li huma wkoll is-sidien ta’ kafetterija fl-Imsida, sabu l-ħin li jaħsbu f’ħaddieħor ukoll u dalgħodu ħejjew għadd ta’ wraps għal pazjenti u għall-ħaddiema tant iddedikati f’Rainbow Ward, fl-isptar Mater Dei.

Ħaddiema ta’ Rainbow Ward bir-wraps li ħejjewlhom Solange u Antoine Magri

Permezz ta’ post fuq Facebook Puttinu Cares irringrazzja lill-koppja Magri tal-ġeneroiżità tagħhom u talli ħasbu f’ħaddieħor f’dan iż-żmien tant iebes għalihom stess.