Il-Lebanon spiċċa kompletament fid-dlam hekk kif in-network tal-elettriku spiċċa wieqaf minħabba nuqqas ta’ fjuwil.
Rapporti qed jgħid li ż-żewġ powerstations Al Zahrani u Deir Ammar waqfu jipproduċu l-enerġija wara li spiċċaw bla diesel.
Hu mistenna li l-Lebaniżi jibqgħu mingħajr elettriku għal tal-anqas ftit jiem oħra
Fl-aħħar ġimgħat, il-Lebanon kien qed jiffaċċja nuqqas kbir ta’ fjuwil. Fattur li wassal għall-għeluq ta’ għadd ta’ negozji.
Intant mijiet ta’ Lebaniżi kellhom jistennew fi kjuwijiet twal biex jimlex il-vetturi tagħhom bid-diesel u t-tensjoni kienet tant li kienu rrappurtati wkoll inċidenti vjolenti.
//= $special ?>