Il-Kanċillier Awstrijaku Sebastian Kurz iddeċieda li jirreżenja, wara pressjoni qawwija hekk kif faqqa’ skandlu ta’ korruzzjoni.
Dan hekk kif Kurz, flimkien ma’ 9 persuni oħra spiċċa taħt investigazzjoni hekk kif twettqu numru ta’ rejds f’postijiet marbuta mal-partit politiku tiegħu.
Filwaqt li huwa qed jiċħad li uża l-flejjes tal-istat sabiex iffinanzja l-partit politiku tiegħu, Kurz se jkun qiegħed jibqa’ leader tal-OVP People’s Party.
Il-leader ta’ 35 sena laħaq mexxej tal-partit f’Mejju 2017 u nħatar ħala kanċillier tal-pajjiż aktar tard dik is-sena sabiex fl-età ta’ 31 sena kien wieħed mill-iżgħar mexxejja ta’ pajjiż maħtur b’mod demokratiku.
L-allegazzjonijiet imorru lura għal perjodu bejn l-2016 u l-2018 meta allegatament intużaw il-fondi tal-gvern biex jimmanipulaw l-polls tal-opinjoni pubblika.
//= $special ?>