Lokali Qorti

Multa għal Taljan li nqabad bi tliet ‘joints’ kif wasal Malta

Taljan ta’ 35 sena minn Bari ġie mmultat €500 mill-Qorti wara li ammetta li kellu fil-pusses tiegħu tliet ‘joints’ tal-kannabis. Luca Fornai wasal Malta fuq titjira minn Bari nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Ottubru u ammetta wara li nqabad fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta li mporta d-droga kannabis grass.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli fis-sentenza tagħha kkunsidrat l-ammissjoni bikrija ta’ Fornai u l-fatt li kkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet investigattivi. L-Avukat Charmaine Cherrett kienet l-avukat tal-għajnuna legali filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexixet mill-Ispettur Roxanne Tabone.