L-Ingilterra kisbu rebħa ta’ 5-0 fuq Andorra f’partita minn Grupp I. Id-difensur Ben Chilwell fetaħ l-iskor għall-Ingilterra wara 17-il minuta biex fl-40 minuta kien Bukayo Saka li għamilhom 2-0. Fit-tieni taqsima, it-tim imexxi minn Gareth Southgate kompla fejn ħalla fl-ewwel taqsima u kien Tammy Abraham li għamilhom 3-0. Fid-79 minuta kien James Ward-Prowse li ra l-penalty tiegħu jkun parzjalment salvat bl-istess midfielder ta’ Southampton jixħed ġewwa mill-viċin. Lejn it-tmiem kien Jack Grealish li għamilhom 5-0.
L-Iskozja kisbu rebħa drammatika u importanti ta’ 3-2 fuq Iżrael. Eran Zahavi poġġa lil Iżrael fil-vantaġġ wara biss ħames minuti. John Mc Ginn ġab l-iskor indaqs man-nofsiegħa logħob biex imbgħad kien Munas Dabbur li għamilhom 2-1 għal Iżrael. Ir-rimonta tal-Iskozja bdiet fis-57 minuta meta Lyndon Dykes li fl-ewwel taqsima falla penalty, għamilhom 2-2. Fl-aħħar mumenti tal-partita kien il-midfielder ta’ Manchester United Scott McTominay li skorja l-gowl li aċċerta minn rebħa għall-Iskozja.
Id-Danimarka wkoll kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 barra minn darhom fuq il-Moldova. Andreas Olsen fetaħ l-iskor fit-23 minuta, bid-difensur u captain Simon Kjaer jirdoppja permezz ta’ penalty fl-34 minuta. Christian Noergaard għamilhom 3-0 fid-39 minuta biex Joakim Maehle għalaq il-partita minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima għal skor finali ta’ 4-0.
FAŻI TA’ KWALIFIKAZZJONI GĦAT-TAZZA TAD-DINJA 2022
Illum: Azerbaijan v Iralnda 0-3, Lussemburgu v Serbja 0-1, Ġorġja v Greċja 0-2, Żvezja v Kosovo 3-0, Litwanja v Bulgarija 3-1, Żvizzera v Irlanda ta’ Fuq 2-0, Kazakhstan v Bosnija 0-2, Finalandja v Ukrajna 1-2, Skozja v Iżrael 3-2, Gżejjer Faroe v Awstrija 0-2, Moldova v Danimarka 0-4, Andorra v Ingilterra 0-5, Ungerija v Albanija 0-1, Polonja v San Marino 5-0