Żagħżugħ ta’ 15-il sena sofra ġrieħi wara li waqa minn għoli. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3p.m. f’residenza fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija jirriżulta li ż-żagħżugħ, residenti l-Qrendi waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari għal ġo xaft.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lill-vittma li ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Iktar tard hu kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia fetħet inkjesta u ħatret numru ta’ esperti biex jassistu. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>