Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 24 każ ġdid… persuna waħda biss fl-ITU

Fl-aħħar sigħat kienu rrappurtati 24 każ ġdid pożittiv għall-COVID, filwaqt li fiequ 6 persuni oħra. Dan iwassal biex in-numru ta’ każijiet attivi jitla’ għal 281.

Bħalissa hemm seba’ persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei, b’persuna waħda biss tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensivi.

It-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus jibqa’ dak ta’ 459.

S’issa ngħataw 839,636 doża tal-vaċċin, 23,535 huma dożi tal-booster.