Lokali

“Fiduċja fil-poplu Malti”

Tul l-attività politika tal-Ħadd tkellmu wkoll żewġ kelliema, id-deputat Nazzjonalista u l-kelliem għall-Ekonomija Kristy Debono u d-deputat u l-kelliem tal-Finanzi Mario Demarco. Kristy Debono tenniet li l-politika tal-PN qed turi biċ-ċar fuq kif għandu fiduċja fil-poplu Malti u Għawdxi, fejn il-ġid ekonomiku jintlaħaq minn kulħadd.

“Inġibu lura r-reputazzjoni tajba li dejjem offrew u taw Gvernijiet Nazzjonalista”

Hija appellat lill-Gvern Laburista biex jerfa’ r-responsabbiltà ta’ esponenti fi ħdanu li xeklu u kissru r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

“Ejja nagħu lil uliedna pajjiż aħjar”

Fl-intervent tiegħu Mario Demarco qal li llum qed inbatu l-konsegwenzi ta’ azzjonijiet ħżiena tal-Gvern Laburista. Huwa qal li d-dokument ta’ qabel il-budget li preżenta l-PN, il-PN qed juri viżjoni u jagħti direzzjoni li pajjiżna jista’ jieħu bi Gvern ġdid Nazzjonalista.

“PN li qed joffri politika ta’ xogħol li tagħmel sens, li tagħti dinjità”

Mario Demarco qal li bħala nazzjon jixirqilna aħjar, b’PN fit-tmun li se jkun qed iħares mhux biss il-politika t’issa, imma anki dik tal-futur.