Futbol Sport

Franza jirbħu t-tieni edizzjoni tal-UEFA Nations League

(Ritratt: EPA)

Franza rebħu t-tieni edizzjoni tal-UEFA Nations league meta fi Stadio SanSiro għelbu lil Spanja bl-iskor ta’ 2-1. Minkejja li Spanja kellhom aktar pusses tal-ballun, biż-żagħżugħ ta’ 17-il sena Gavi, fil-qofol tal-attakki tagħhom, kienu Franza li bil-veloċita’ u bil-preċiżjoni quddiem il-lasta, rnexxielhom jirbħu dan it-trofew. Fil-5 minuta Franza kienu perikolużi meta minn pass ta’ Paul Pogba, Karim Benzema qabeż lill-goalkeeper Unai Simon, iżda d-difensuri ta’Spanja rkupraw fil-ħin. Matul l-ewwel taqsima Spanja iddominaw il-pusses tal-ballun iżda ż-żewġ timijiet ftit li xejn kienu perikolużi. Madanakollu fit-tieni taqsima il-partita żiedet xi fti ir-ritmu tagħha u proprju fl-64 minuta kien Sergio Busquets li sab lil Mikel Oyarzabal li kkonkluda fil-baxx wara Lloris għal 1-0.

Minkejja dan, Franza irreaġixxew żewġ minuti wara meta Kylian Mbappe sab lil Karim Benzema, li bi ġmiel ta’ xutt fl-anglu tax-xibka għaleb lil Unai Simon għal 1-1. Biex fit-80 minuta Franza skorjaw il-gowl tar-rebħa meta minn pass ta’ Theo Hernandez kien l-attakkant prolifiku Kylian Mbappe li b’kalma liema bħalha tefa’ l-ballun fix-xibka għal 2-1.

Intant,fl-Allianz Stadium, fil-partita għat-tielet post tal-UEFA Nations League, l-Italja għelbu lil Belġju bl-iskor ta’ 2-1. L-ewwel taqsima ma tantx offriet okkażjoni ta’ skor biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 0-0. Madanakollu mal-ftuħ tat-tieni taqsima l-Italja marru fil-vantaġġ, meta wara żball difensiv ta’ Yuri Tielemans, kien Nicolo Barella li approfitta u b’volley tajjeb għaleb lil Cli ourtoius għal 1-0. Fit-63 minuta, l-Italja ngħataw penaltu għal foul ta’ Timothy Castagne fuq Federico Chiesa fil-kaxxa. Biex mill-ħdax-il metru Domenico Berardi ma żbaljax għal 2-0. Il-Belġju kienu viċin il-gowl fit-82 minuta meta minn cross ta’ Kevin de Bruyne kien Yannick Carrrasco li ra l-konklużjoni tiegġu taħbat mal-lasta. Minkejja dan il-Belġju rreaġixxew fis-86 minuta meta wara kontrattakk veloċi, Kevin de Bruyne sab lil Charles De Katelaere li għeleb lil Gianluigi Donnarumma għal skor finali ta’ 2-1.

UEFA NATIONS LEAGUE

Finali

Spanja v Franza 1-2

Partita għat-tielet post

Italja v Belġju 2-1