Lokali Mużika

Il-Malti li lest li jibrilla fl-Arena di Verona

Fl-aħħar jiem, Net News iltaqa’ mal-kantant Bradley Debono – kantanta Malti li kellu esperjenza verament pożittiva fl-Italja, u li waslitu biex fil-bidu tas-sena d-dieħla jkanta fl-Arena di Verona f’kunċert għall-karità.

Fis-sajf li għadda grupp ta’ Maltin li jagħmlu parti minn ‘The Voice Lab’ kisbu għadd ta’ suċċessi f’Musicland, kunċert li jittella’ fil-Maċedjonja ta’ Fuq. U fosthom kien hemm Bradley Debono u Rodianne Spiteri, li kisbu l-ewwel post fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

Bradley Debono spjegalna kif wara s-suċċessi li kellu f’dawn il-kunċerti se jkun ukoll qed jipparteċipa f’musical f’Londra.

Bradley Debono ma naqasx milli jitkellem fuq kemm hu kburi li qed jirrapreżenta mhux biss lilu nnifsu, iżda anki lil Malta kull fejn imur.