Lokali

“Jekk mhux ser toqgħod ta’ nies, din naħliha fuqek” – intervista mal-gazzetta ILLUM

“Mar fuq priġunier, daħħallu l-arma f’ħalqu u wissih – “Jekk mhux ser toqgħod ta’ nies, din naħliha fuqek”.

Hekk stqarr mal-gazzetta Illum, l-eks gwardjan tal-ħabs Emmanuel Cassar – ufficjal li kien tkeċċa mill-ħabs f’Marzu tal-2019, u li ma ddejjaq xejn jitkellem apertament dwar dak li għaddej fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Mal-gazzetta, Cassar saħaq li minkejja li hu ħadem ma diretturi differenti, Alex Dalli huwa l-unika wieħed li jġorr arma fuqu u jdaħħalha f’ħalq il-priġunieri u jheddidhom. “L-arma jżommha f’pocket kannella” stqarr l-eks gwardjan.

Emanuel Cassar insista li l-gwardjani saru jkunu qishom ġejja xi gwerra; armati bil-lembuba f’idhom u bit-tarka.

Mal-gazzetta Illum, l-eks gwardjan tkellem ukoll dwar is-siġġu tal-kastig u stqarr li dan inħadem mill-priġunieri li huma ‘tal-qalba’. “Rajtu jintuża s-siġġu, jitpoġġa fis-central hall, biex jidher minn erba’ diviżjonijiet” saħaq Cassar.

Apparti minn hekk, Cassar insista li llum il-ġurnata l-ħabs mar lura għall-medjuevu. “Kollox iswed. Ħitan suwed. Bibien Suwed” .

Din l-istorja xokkanti tkompli ma’ dak li rrappurtat l-istess gazzetta fil-ġimgħat li għaddew fejn fost l-oħrajn intefaż dawl fuq kif Dalli jqis lilu nniffsu bħala ‘Alla’ u li jsir dak kollu li jgħid hu. U minkejja li l-istess gazzetta ilha diversi jiem li bagħtet numru ta’ mistoqsijiet lid-Direttur Alex Dalli sabiex tingħata risposta u stampa aktar ċara dwar dak li qed jiġri f’Kordin…..baqghet ma waslet ebda twegiba.

Bhalissa il-habs jinsab taht l-iskrutinju ta’ mill-inqas zewg inkjesti Magisterjali.

Sal-lum, il-Prim Ministru Robert Abela ghadu qed jiddefendi t-tmexxija ta’ Alex Dalli.