Sport Sport Ieħor

Jibda l-kampjonat Gold b’seba’ heats

(Ritratt: Martin Agius)

Kenneth Vella

Meta lbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret it-30 laqgħa tas-sena fuq ħdax -il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott ingħata l-bidu għall-kampjonat Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold. Dan permezz ta’ seba’ heats fuq distanza ta’ 2140m. Minnhom 35 żiemel għaddew għas-semifinali.  

L-ewwel heat Gold kienet ikkaratterizzata minn dwell eċitanti fl-aħħar metri bejn id-debuttant Citan Du Sound (Redent Magro) u Atus Picken (Domenic Xerri). Kien tal-ewwel li ħa l-ewwel suċċess f’pajjiżna. Charming Soldier (Paul Galea) ħalla kollox għall-aħħar 400 metru tat-tieni heat biex irnexxielu jaqsam il-linja finali l-ewwel u jakkwista l-ewwel rebħa tas-sena.

Fit-tielet heat Gold, Kasper Trot (Rodney Gatt) ħa t-tielet rebħa nfila u r-raba’ waħda tas-sena wara li kien il-ħin kollu quddiem. Xceed G.T. (Noel Baldacchino) qabeż lid-debuttant Casino d’Ourville (Rodney Gatt) f’nofs id-dritta finali tar-raba’ heat biex ħa l-ewwel rebħa f’Malta.

Fil-ħames heat, Desirez Moi (Joseph Scerri) ħasad lill-partecipanti kollha fid-dritta finali, meta mar quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel b’distakk ta’ għaxar tulijiet minn Alixan (Clifferty Calleja). Vangiskan Scott (Charles Camilleri) inqabeż minn Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras) u Bicetre (Paul Galea) f’nofs id-dritta finali tas-sitt heat. L-aħħar heat intrebħet mill-ġdid Zvediz Appreciated li kien misjuq minn sidu stess Charles Magro u li ddomina tul id-distanza.

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Baron De Neuilliac (C. Camilleri) Ħin – 2.46.4” (1.17.7”) 2. Atoll Du Sud Ouest (N. Barbara) 3. Galaxie d’Azur (P. Galea) 4. Echo D’Uka (R. Gatt)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Etel Du Pilet (P. Galea) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Flash Du Rabutin (C. Camilleri) 3. Khali Magdalon (Ch. Gauci) 4. Likearollingstone (D. Aquilina)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fan De L’Iton (J. Attard) Ħin – 2.46.9” (1.18”) 2. Diego JYL (J. Zahra) 3. Drole De Destin (J. Said) 4. Rose Lloyd (D. Farrugia)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Derby Beconnais (R. Cassar) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Ceravin For Ever (K. Azzopardi) 3. Crack De Bas (P. Galea) 4. Defi d’Havane (J. Attard)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Citan Du Sound (R. Magro) Ħin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Atus Picken (D. Xerri) 3. Brin De Noblesse (T. Tanti) 4. Diza De Courtille (I. Stivala) 5. New Moon Pellini (Ch. Magro)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Charming Soldier ((P. Galea) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Dynamit Life (M. Sultana) 3. Ami De Clerlande (N. Baldacchino) 4. Caesar Face (K. Sciberras) 5. Avenir d’Or (Cherise Farrugia)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Kasper Trot (R. Gatt) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Cazaubon Dairpet (N. Baldacchino) 3. Abricot De Bugey (Ch. Vassallo) 4. Janske (C. Camilleri) 5. Bernardo Halbak (C. Calleja)

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Xceed G.T. (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.6” (1.16”) 2. Casino d’Ourville (R. Gatt) 3. Vaat Des Caillons (S. Schembri) 4. Prinsen One (M. Farrugia) 5. Bloody Sun De Suce (K. Gialanze’)

IX Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Desirez Moi (J. Scerri) Ħin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Alixan (C. Calleja) 3. Bajazet (M. Mizzi) 4. Aravis Roc (R. Gatt) 5. Theo d’Erah (C. Caruana)

X Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) Ħin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Bicetre (P. Galea) 3. Vangiskan Scott (C. Camilleri) 4. Judge Reo (J. Scerri) 5. Global Oracle (N. Baldacchino)

XI -il Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Appreciated (C. Magro) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. Viking Dream (R. Gatt) 3. Special Offer (M. Ellul) 4. Un Beau Luxor (P. Galea) 5. Dreams Take Time (P. Spiteri)