Futbol Sport

Possibilità li t-Tazza tad-Dinja tal-Qatar tkun l-aħħar waħda għal Neymar

L-attakkant Brażiljan Neymar qal li t-Tazza tad-Dinja tal-Qatar tal-2022 tista’ tkun l-aħħar waħda tiegħu, għaliex l-pressjoni tal-futbol qed tħalli impatt fuq is-saħħa mentali u fiżika tiegħu. Neymar kien parti mill-aħħar żewġ skwadri li pparteċipaw fit-Tazzi tad-Dinja tal-2014 u l-2018, bil-Brażil ikunu eliminati fis-semi finali u fil-kwarti finali rispettivament.

Neymar stqarr li ma jafx jekk fadallux is-saħħa u l-motivazzjoni biex jilgħab fit-Tazza tad-Dinja tal-2026 fl-Istati Uniti, l-Kanada u l-Messiku. Għaldaqstant, hu se jkun qed jagħmel dak kollu possibli biex jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, li tkun is-sitt waħda għal Brażil, għoxrin sena wara l-aħħar titlu.