Lokali

Rabja kbira għall-Ministru Miriam Dalli

Reazzjonijiet ta’ rabja minn diversi persuni għal dak li qalet il-Ministru Miriam Dalli din il-gimgha….meta stqarret li l-kontijiet tad-dawl qed jgħolew għax in-nies qed jaħlu aktar dawl.

Fuq il-media socjali, kienu bosta dawk illi rrimarkaw kif “in-nies użaw mhux ħlew id-dawl… u li l-kontijiet ġew għoljin għax ir-rati tal-konsum f’pajjiżna huma m’għola s-sema.”

Ohrajn qalu li “il-kontijiet iħossuhom dawk li għandhom paga baxxa u mhux nies bħall-Ministru li għandhom paga tajba.”

Fost l-iktar reazzjonijiet …kien hemm min fakkar li l-prezz taż-żejt għaxar snin ilu kien jiswa d-doppju ta’ dak li hu illum u għalhekk wieħed ma jistax jifhem kif il-kontijiet tad-dawl dejjem qed joghlew….meta l-weghda tal-Labour kienet li se jorhsu. B’oħrajn isostnu li rċevew kont tad-dawl għoli meta l-post taghhom kien magħluq u ħadd ma kien qed joqgħod fih għal tul ta’ żmien.

Kumment ieħor kien li l-Ġaħan jemmen li ħela d-dawl anke jekk għamel sajf sħiħ f’velleġġatura barra mid-dar. B’oħrajn jgħidu li l-Gvern approfitta ruħu mill-heatwave li kien hawn fis-sajf u bagħat kontijiet għoljin.

Ma jonqosx ukoll dawk li kkummentaw u aċċennaw dwar il-fatt li kemm-il darba inqata’ d-dawl matul is-sajf li għadda. Problema li frustrat lill-maġġoranza tal-popolazzjoni li spiccat bla servizz….minkejja l-ftahir dwar il-powerstation tal-Electrogas.

Quddiem dawn l-ilmenti kollha, il-Ministru qed tibqa’ siekta u bħal donna ma tridx tagħti każ il-problemi li għaddejjin minnhom in-nies. Anke fid-dawl taż-żieda tal-għoli tal-ħajja li kull ma jmur qed taffettwa lil diversi ħaddiema, familji u anzjani.