Sport Sport Ieħor

Tyson Fury jegħleb lil Deontay Wilder f’Las Vegas

Il-boxer Ingliż Tyson Fury rnexxielu jiddefendi b’suċċess it-titlu tad-WBC heavyweight wara li għeleb lil Deontay Wilder fit-T-Mobile Arena f’Las Vegas. Fury waqqaf lil Wilder fil-11-il round biex għeleb lil Deontay Wilder għat-tieni darba, fit-tliet ġliediet li kellhom. B’hekk, Fury estenda ir-rekord tiegħu mingħajr telfa fil-boxing, fejn rebaħ 31 ġlieda u temm waħda fi draw.

Minkejja li Wilder rnexxielu jagħmel żewġ knowckdowns fuq Fury fir-raba’ round, Fury rkupra tajjeb bi tliet knockdowns min-naħa tiegħu, bin-knockout li biha rebaħ il-ġlieda tasal fil-11-il round. Wara l-ġlieda kienu bosta dawk li ddeskrivew il-ġlieda bħala waħda li se titniżżel fost l-aqwa fl-istorja tal-boxing.

Fil-kummenti tiegħu Tyson Fury qal li huwa l-aqwa heavyweight boxer ta’ din il-ġenerazzjoni. Madanakollu, hu jrid jegħleb lil Oleksander Usyk sabiex jsir l-ewwel undisputed heavyweight world champion sa minn Lenox Lewis fis-sena 2000.