Formula 1 Sport

Valtteri Bottas jirbaħ il-Grand Prix tat-Turkija

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Mercedes Valtteri Bottas rebaħ il-Grand Prix tat-Turkija wara li rebaħ il-Pole Position, fenj iddomina it-tellieqa mill-bidu sa tmiem. Fit-tieni post daħal is-sewwieq ta’ RedBull Max Verstappen biex b’hekk telgħa fl-ewwel post tal-klassifika tas-sewwieqa, b’vantaġġ ta’ sitt punti fuq Lewis Hamilton li temm fil-ħames post.

Fit-tielet post daħal Sergio Perez segwit minn Charles Leclerc ta’ Ferrari fir-raba’ post. Fis-sitt post temm Pierre Gasly filwaqt li Lando Norris ta’ McLaren daħal fis-seba’ post. Carlos Sainz temm fit-tmien post segwit minn Lance Stroll u Esteban Ocon fid-disa’ u fl-għaxar post rispettivament.