Il-President ta’ Forum Unions Maltin, Paul Pace faħħar il-proposta fil-budget 2022 li ftakar fis-settur tat-trasport pubbliku filwaqt li jittama li n-nies jagħmlu użu minnha. Dan hekk kif se jwassal biex iħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent u t-traffiku.
Minn naħa -oħra, hu saħaq li l-budget nesa kompletament is-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni hekk kif saħaq li ħadd ma kkunsidra li l-edukaturi għandhom ikollhom l-overtime, filwaqt li l-infermiera għandhom ikollhom żieda ta’ 10% fuq l-overtime bħala kumpens għan-nuqqas tal-ħaddiema fis-settur. Dwar l-edukazzjoni, Pace qal li ma saret l-ebda inizzjattiva biex iktar studenti jkunu mħajra għal din il-professjoni.
Fejn tidħol il-COLA, Pace qal li dan kompletament ma jirriflettix fuq l-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>