Budget 2022 Lokali

“Budget ta’ lejliet elezzjoni”- MEA

Joe Farrugia, id-Direttur Ġenerali tal-MEA saħaq li l-budget tat-Tnejn, huwa budget ta’ lejliet elezzjoni.

Huwa saħaq li minkejja li l-Gvern qed jipprova jagħti x’jifhem li se jkun iktar sensittiv fejn jidħol l-ambjent iżda dawn il-miżuri huma miżuri li ma jħarsux wisq fil-bogħod.

“L-FATF qisu ma jeżistix” kompla jgħid Joe Farrugia minħabba li fl-ebda ħin waqt li kien qed jinqara l-qabel ma ssemmiet din il-kwistjoni.

Ikkummenta