Coronavirus Lokali

Covid-19: 11-il każ ġdid, ifiqu 22

Fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 11-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna. Fl-istess żmien 22 persuna kienu dikjarati li fiequ u għaldaqstant, skont ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, il-każi attivi naqsu għal 270.

Bħalissa hemm seba’ persuni li huma rikoverati fl-Isptar Mater Dei b’persuna minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, ingħataw 840,675 doża tal-vaċċin sa nhar il-Ħadd, bi 24,518 huma dożi booster.