Internazzjonali

Iċ-Ċina: Mijiet ta’ eluf affettwati mill-għargħar

‘Il fuq minn 1.76 miljun persuna spiċċaw affettwati mill-aktar inċidenza serja ta’ għargħar għal snin fil-provinċja ta’ Shanxi.

Dan wara jiem ta’ xita qawwija li wasslu għall-kollas tad-djar u valangi tal-art tul aktar minn 70 belt u distrett tal-provinċja. Intant, l-inżul tax-xita kontinwu kompla jfixkel l-isforzi tal-iskwadri għall-emerġenza li fost oħrajn qegħdin ifittxu għal persuni rappurtati neqsin fost id-dulluvju.

L-elementi fl-istess ħin qed jaffettwaw l-isforzi tal-awtoritajiet biex isalvaw in-nies li spiċċaw iżolati u f’sitwazzjonijiet problematiċi minħabba l-maltemp.

Fil-provinċja ta’ Shanxi hemm ukoll numru ta’ monumenti antiki u ta’ wirt storiku imprezzabbli li jinsabu ‘taħt theddida diretta’ mill-maltemp.

Sadanittant, ‘il fuq minn 120,000 persuna spiċċaw ittrasferiti minn Shanxi u rilokati fi bnadi ta’ periklu anqas. Dan ukoll fost rapporti li ċedew talanqas 17,000 dar madwar il-provinċja partikulari.