Budget 2022 Edukazzjoni Lokali Saħħa

“Il-GU Clinic ilu jiġi mwiegħed mill-2018 u ma mmaterjalizzax” – KSU

Il-Kunsill Studenti Universitarji wera d-dispjaċir tiegħu li l-Gvern ma indirizzax il-kwistjoni tal-GU Clinic hekk kif għar-4 baġit konsekuttiv, din reġgħet ġiet imwiegħda iżda dan l-investiment għadu ma twettaqx.

Il-President tal-istess Kunsill, Neil Zahra, attribwixxa dan kemm għall-pandemija COVID-19 kif ukoll għan-nuqqas ta’ ħeġġa tal-Gvern u nuqqas ta’ politika inklussiva tiegħu hekk kif il-policy dwar is-saħħa sesswali ilha ma tiġi aġġornata mill-2010.

Is-saħħa sesswali hija xi ħaġa li hija għal qalb dan il-Kunsill u lmentat li minkejja għandna dina l-problema, m’hemmx biżżejjed fondi biex tiġi indirizzata.

Kif mistenni, il-Kunsill Studenti Universitarji laqa’ ż-żieda ta’ 10% fl-istipendji u ż-żieda ta’ 5 siegħat għal 25 siegħa eżenzjoni fuq x-xogħol part-time għall-istudenti għal dawk li huma eleġibbli għall-istudenti iżda appellaw lill-Gvern biex din titla’ għal 30 siegħa.