F’ diskors li dam għaddej aktar minn sagħtejn u nofs, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana naqas milli joffri viżjoni għall-isport f’pajjiżna.
F’dan il-budget għal darb’oħra l-Gvern qed iwiegħed trakka tal-motorsport filwaqt li għal darb’oħra li ilu mwiegħed għal aktar minn ħames snin reġa għal darb’oħra semma l-proġett tal-korsa tal-Marsa li għadu ma bediex.
Il-Gvern wiegħed ukoll Ċentru Akwatiku u Sportiv f’Għawdex kif ukoll wiegħed li se jitqassmu fondi lill-assoċċjazzjonijiet sabiex l-atleti jkunu preparati għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru sentejn oħra.
F’dan il-budget il-Gvern naqas milli joffri viżjoni fit-tul għall-isport kif ukoll naqas milli joffri viżjoni għall-isport elite fejn ma ssemma l-ebda invesitment lejn pjan biex l-atleti professjonali jkunu jistgħu jitħarrġu bl-aqwa mod possibli.
//= $special ?>