Il-Prim Ministru Robert Abela naqas milli jlaqqa’ lill-imsieħba soċjali f’jum il-Budget.
Ta’ kull sena, qabel ma jippreżenta l-Budget fil-Parlament, il-Gvern jiltaqa’ mal-unions u l-korpi kostitwiti biex ikellimhom dwar il-Budget.
F’din il-laqgħa jispjega wkoll liem huma l-proposti li laqa’ u liema ma laqax u għaliex. Iżda din is-sena, dawn l-imsieħba soċjali għal xi raġuni ġew injorati.
Dan ifisser li l-imsieħba soċjali li magħhom suppost jikkonsulta l-Gvern, tħallew barra anke f’dan l-aħħar stadju meta suppost ikun qed itihom l-aħħar dettalji dwar il-Budget fejn jikkonċerna lilhom u fl-aħħar mill-aħħar lill-familji Maltin u l-Għawdxin.
//= $special ?>