Fil-budget 2022 il-Gvern naqas milli jsemmi l-metro, u l-konsultazzjoni dwarha..
Fl-istess waqt, il-Gvern ikkonferma li se jkun qed jieħu l-artijiet tal-bdiewa biswit il-bypass tal-Imrieħel, hekk kif qal li se jitkomplew ix-xogħlijiet f’din iz-zona.
Fil-budget il-Gvern qal li se jkun qed jerġa’ jagħmel użu sostanzjali mill-fondi Ewropej….
Il-Gvern wiegħed għal darb’oħra trasport b’xejn u qal li minn Ottubru 2022 it-trasport pubbliku se jkun b’xejn għal kulħadd…. u ta x’jifhem li din se tkun l-unika soluzzjoni biex it-traffiku f’pajjiżna jonqos. Il-wegħda ta’ trasport b’xejn għal kulħadd kienet ħarġet mill-programm elettorali tal-PN għall-elezzjoni ġenerali tal-2017.
Fid-diskors tiegħu Clyde Caruana qal li se jkun qed jgħin biex jinxtraw aktar scooters, però ma ta l-ebda indikazzjoni li se jkun qed iwassal xi forma ta’ regolarizzazzjoni dwar l-użu tal-iscooters.
Il-Gvern qal ukoll li se jkompli jimplimenta l-iskema tal-iskrappjar tal-karozzi, xi ħaġa li kienet bdiet taħt Gvern Nazzjonalista.
Il-Gvern Laburista fil-budget ma għamel l-ebda referenza għall-fatt li biex jitwessgħu t-toroq qed jinqerdu, jitqaċċtu jew jiċċaqilqu mijiet ta’ siġar… iżda qal biss li ħawwel ħafna siġar.
Issemmew ukoll proġetti bħal dak ta’ Triq Sant’Anna fil-Floriana… filwaqt li reġa’ qal li se jitkompla l-proġett li jitkabbar il-park nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
//= $special ?>