Budget 2022 Ekonomija Lokali

Illum il-Budget; ix-xandiriet ta’ Net jibdew mill-5:30pm ‘il quddiem

Net TV se jkun qed iwassal analiżi oġġettiva u reali, li tiskrutinja l-Budget lil hinn mill-propaganda tal-Gvern

Aktar tard illejla, il-Gvern Laburista se jkun qed iwassal id-9 Budget tiegħu – l-aħħar wieħed ta’ qabel l-elezzjoni.

Il-Budget 2022 se jiġi preżentat mill-Ministru Clyde Caruana fil-bini tal-Parlament għall-ħabta tas-6:30pm. Siegħa qabel, Net TV u Net FM se jkunu qed jaġġornawkom b’kollegamenti diretti mill-Belt Valletta waqt l-edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE li se tkun qed tixxandar b’mod simultanju anke fuq ir-radju.

Anke dan is-sit NETNEWS.COM.MT se jkun qed jagħmel analiżi real-time tal-miżuri kollha tal-Budget għas-sena d-dieħla. Dan filwaqt li eżatt wara l-Budget titwassal il-konferenza tal-aħbarijiet li se jindirizza l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.