Għall-Gvern tal-Labour, li s-servizzi tas-saħħa f’Għawdex jingħataw lura f’idejn l-Għawdxin mhux prijorita’.
Dan hekk kif tul il-Budget għall-2022, minkejja l-appelli tal-unjins, diversi għaqdiet kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista, Għawdex mhux se jkollu sptar ġdid għad-detriment tal-poplu Għawdxi…bil-Gvern jibqa’ jistina rasu bil-kuntratt li ffirma ma’ Steward HealthCare.
Tul id-diskors tal-Budget, ippreżentat mill-Ministru Clyde Caruana, il-Gvern naqas milli jiddedika l-attenzjoni lejn dawk il-persuni fil-gżira Għawdxija li qed iħabbtu wiċċhom mal-marda tal-kanċer.
Dan minkejja li Partit Nazzjonalista wiegħed li Gvern Gdid Nazzjonalista jżid l-għoti ta’ aktar tipi ta’ kemoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex kif ukoll servizz ġdid ta’ MRI fl-istess sptar sabiex l-Għawdxin ma jkollhomx għalfejn jieħdu l-iskariġġ biex jinżlu l-Isptar Mater Dei.
Injorati wkoll l-appelli sabiex fil-gżira Għawdxija jinbnew djar tal-anzjani bbażżati fil-komunità.
Filwaqt li l-Ministru Caruana ħabbar li se jsir immodernizzar fil-heliport tax-Xewkija, hu implika li se jzomm il-vapur Nikolaos – fatt li jfisser li ma huwa se jsir xejn sabiex jinġieb vapur ġdid flok in-Nikolaus u se jibqgħu jitħallsu mal-€15,000 kera kuljum għalih. Dan filwaqt li l-link permanenti, jiġifieri l-mina bejn Malta u Għawdex, ma tissemma mkien.
Minkejja l-appelli tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu Għawdxija, flimkien ukoll tal-Partit Nazzjonalista fost oħrajn, il-Gvern tal-Labour injora għal kollox l-investiment fil-Port tal-Imġarr sabiex jibda jilqa’ l-cruiseliners
Għal darb’oħra l-Gvern ta’ Robert Abela wiegħed li se jsir xogħol ta’ restawr fuq l-akwadotti kif ukoll fit-toroq f’Għawdex filwaqt li ma tax garanzija li l-iskola primarja fir-Rabat Ghawdex se titlesta fl-2022…iżda li se jitkompla x-xogħol fuqha.
Il-Gvern għażel li jinjora l-osservatorju astronomiku nazzjonali fin-Nadur…wiegħda fierħa tal-Budget preċedenti, li l-Ghawdxin stess sejhulha bhala bluff.
Fil-Budget, ma ssemma’ xejn dwar il-Qorti f’Għawdex u l-boznn li jkun hemm binja ġdida…hekk kif din il-wiegħda li saret mal-4 snin ilu inxteħtet taħt it-tapit.
Apparti l-inċentiv ta’ €30,000 għat-3 snin li ġejjin lil dawk il-koppji first time buyers li jixtru proprjetajiet antiki u mitluqa f’Għawdex…. il-Gvern ma ppropona xejn tanġibbli ta’ differenza għall-eżiġenzi tal-poplu Għawdxi li jagħmlilhom differenza fil-ħajja ta’ kuljum.
//= $special ?>