Futbol Sport

Malta jsalvaw punt fl-aħħar sekondi f’Ċipru

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Ċipru………………………2

Malta………………………2

Ċipru: N. Michael, S. Andreou (I. Pittas 78′), C. Soteriou, M. Antoniades, M. Demetriou (P. Psaltis 85′), G. Kastanos, C. Kyriakou (A. Gogic 79′), N. Ioannou, F. Papoulis (N. Panagiotou 85′), P. Sotiriou, L. Loizou (A. Kakoulli 60′)

Malta: H. Bonello (J. Galea 82′), S. Borg (K. Shaw 57′), E. Pepe, Z. Muscat, C. Attard, T. Caruana, T. Teuma, R. Camenzuli, J. Grech (J. Degabriele 70′), P. Mbong (S. Dimech 70′), L. Montebello

Referee: D. Higler

Assitenti referees: E. Zeinstra, M. Diks

It-tim nazzjonali Malti rnexxielu jsalva punt lejn it-tmiem biex b’hekk kiseb draw ta’ 2-2 kontra Ċipru. B’hekk żdiedet it-tama li t-tim Malti jevita l-aħħar post fi Grupp H. Kienu Ċipru li fetħu l-iskor wara biss sitt minuti permezz ta’ Fotis Papoulis.

It-tim Malti rreaġixxa u ġab l-iskor indaqs kmieni fit-tieni taqsima meta minn corner tajjeb kien id-difensur Zach Muscat li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras tajba għamilhom 1-1.

Ċipru iżda kellhom ħsibijiet oħra hekk kif minn kontra-attakk veloċi għaxar minuti mit-tmiem kien il-captain Pieros Sotiriou li għamilhom 2-1 b’konklużjoni mill-viċin. Minkejja li l-Maltin tilfu lill-captain Steve Borg u l-goalkeeper Henry Bonello irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs lejn it-tmiem meta kien is-sostitut Jurgen Degabriele li salva punt importanti għal Malta wara r-riżultat diżappuntanti ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-Islovenja.