L-ekonomija u x-xogħol imorru id f’id, għaliex ix-xogħol jinħoloq minn attivita’ ekonomika. Iżda l-Budget għall-2022 ma jsemmi xejn dwar setturi ekonomiċi ġodda li l-Gvern jixtieq jara li jiżviluppa sabiex jinħolqu iktar impjiegi.
L-investiment f’niċeċ ġodda se jkun ta’ ħames mitt elf ewro. U dan se jsir flimkien ma’ istituzzjonijiet edukattivi Maltin.
U l-Blockchain!? Sparixxiet, lanqas ma tissemma darba f’diskors ta’ 116-il paġna. Konferma li kienet kollox bluff.
Anki l-politika nazzjonali tax-xogħol, li kienet mnedija b’tant pompa il-ġimgħa li għaddiet, ma mmeritatx iktar minn żewġ paragrafi.
Intant, wara li s-sena li għaddiet, Net News kien kixef l-ingann tal-Gvern fil-budget li għadda dwar ġurnata miżjuda mal-leave meta din ma kienet miżjuda xejn, jidher li dik il-ġurnata leave mwiegħda, il-ħaddiema se jibqgħu mingħajrha għaliex l-miżura m’għadhiex hemm.
Fost il-miżuri li tħabbru fid-diskors hemm ċensiment dwar il-ħiliet tal-ħaddiema u in-work benefit ta’ 150 ewro fis-sena għal ħaddiema li l-paga tagħhom ma taqbisx l-20,000 fis-sena u li jaħdmu ħinijiet mhux tas-soltu fosthom filgħaxijiet, tmiem il-ġimgħa u bix-xift. Dan japplika għal ħaddiema f’setturi tal-akkomodazzjoni, servizzi tal-ikel, servizzi amministrattivi, manifattura, trasport u ħażna u bejgħ bl-ingrossa u l-imnut.
Ir-rata ta’ taxxa fuq il-part-time se tonqos minn 15 għal 10 fil-mija.
//= $special ?>