Lokali Qorti

Mhux stabbilit il-post eżatt minn fejn waqa’ Lamin Jaiteh u kif waqa’

L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) baqgħet ma stabbilitx eżattament minn fejn u kif waqa’ l-immigrant ta’ 32 sena mill-Gambja x-xahar li għadda. Sadanittant kien hemm ukoll diversi nuqqasijiet ta’ sigurtà fuq is-sit ta’ kostruzzjoni fejn seħħ l-inċident fil-Mellieħa.

Dan ħareġ mix-xhieda ta’ uffiċjal mill-OHSA meta kompla l-każ taż Glen Farrugia ta’ 31 sena minn Ħaż-Żebbuġ, Direttur tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors, li qed jiġi mixli li kkaġuna b’mod volontarju ġrieħi gravi fuq l-immgrant, li pprova jaħbi reat u akkużi relatati ma’ inċident u b’akkużi oħra relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li naqas li jħallas saħra u jagħti kundizzjonijiet xierqa skont il-liġi lil Lamin Jaiteh li waqt minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa, u spiċċa biex kiser l-ispina ta’ dahru.

L-Inġinier Joe Borg mill-OHSA qal fil-Qorti fuq mistoqsija tal-Avukat Franco Debono li mhux jeskludi li l-vittma waqa’ bi traskuraġni tiegħu. Huwa qal ukoll li mera mar fuq is-sit sab diversi nuqqasijiet ta’ lqugħ għal waqgħat.

Qal ukoll li kien hemm postijiet fejn kien hemm ilqugħ tajjeb fejn persuna kienet protetta li kieku taqa’ bejn sular jew tnejn. Borg qal li mar l-isptar ma’ uffiċjal ieħor, Charles Micallef, l-għada l-isptar biex jara lill-vittma u ħadlu wkoll stqarrija bil-miktub bl-Ingliż.

Jaiteh qalilhom li kien ilu jaħdem mal-akkużat għal 15-il ġurnata. Fil-ġurnata tal-inċident beda jaħdem fuq sit fil-Mosta u wara Glen għadda għalih u ħadu f’sit fil-Mellieħa. F’ħin minnhom huwa ried martell u talab lil xu ħadd fis-sular t’isfel biex inewwilulu, rifes fuq planka li nqalbet u waqaż għal isfel.

Wara l-akkużat ħadu Selmun fejn eventwalment instab. Il-vittma qalilhom li kien tħallas darba u ma kellu l-ebda kuntratt tax-xogħol.Waqt il-kontroeżami mill-Avukat Franco Debono, li flimkien mal-Avukat Matthew Xuereb qed jidher għal Farrugia, ix-xhud qal li l-problema kienet li f’parti kien jidher li ngħata l-konkos u fuq bejt kien hemm biss sellum u ma kienx hemm taraġ.

Borg qal li huwa ħa stokk tan-nuqqasijiet li kien hemm u li kieku l-affarijiet ġew riżolti setgħu jirrevokaw kollox u x-xogħol jitkompla. Sal-lum iżda l-OHSA għadha ma ħaditx stqarrija lill-akkużat.

Bernard Zarb mill-Jobsplus Compliance Unit qal li kien qed jara l-aħbarijiet u kkuntattja Surġent li kien ħa l-każ f’idejh u staqsa jekk il-Pulizija jew minn naħa tal-istess Jobsplus kienu se jressqu lil xi ħadd. Ħareġ ukoll li Lamin ma kienx imniżżel fir-records tal-ħaddiema mal-Jobsplus.

Nhar il-Ħamis li għadda Glen Farrugia ingħata l-liberta proviżorja mill-Maġistrat Marseanne Farrugia li qed tisma’ l-każ wara maratona ta’ xhieda ta’ tmien sigħat. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Priscilla Caruana Lee u l-Ispettur George Frendo.

Għad Dier (Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol qegħdin jidhru l-Avukati Andrew Grima u Mattia Felice, għall OHSA l-Avukat David Saliba filwaqt li l-Avukat Gianluca Capitta deher għall-vittma. Il-kumpilazzjoni tkompli nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Ottubru.

Glen Farrugia ta’ 31 sena minn Ħaż-Żebbuġ, Direttur tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors, li qed jiġi mixli li kkaġuna b’mod volontarju ġrieħi gravi fuq l-immgrant, li pprova jaħbi reat u akkużi relatati ma’ inċident li jinvolvi ħaddiem tal-kostruzzjoni ingħata l-libertà proviżorja.

Kien għall-ħabta tal-10.00pm tal-Ħamis li ngħata digriet mill-Magistrat Marseanne Farrugia wara maratona ta’ tmien sigħat fejn wara li nstemgħu x-xhieda pajżana, l-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża taħt diversi kundizzjoni.

Farrugia irid jagħmel tajjeb għall-ħelsien tiegħu b’depożitu ta’ 1 €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000, li jrid ikun id-dar sa 12.pm u ma joħroġx qabel il-5.00am u jiffirma  tliet darbiet fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ.

It-talba għall-pleġġ kellha oġġezzjoni qawwija tal-prosekuzzjoni peress li qalet li baqa’ xi erba’ xhieda ta’ nazzjonalità barranija li meta seħħ l-inċident ħarbu minn fuq il-post u għadhom ma ġewx intraċċati.

L-Avukati Franco Debono li qed jassisiti l-akkużat flimkien mal-Avukat Matthew Xuereb qal dwar il-libertà proviżorja illi l-mod kif imxiet il-Qorti kien wieħed eżemplari u ta’ min ifaħħru għax imxiet b’effiċjenza kbira mhux biss billi semġħet ix-xhieda pajżana kollha f’seduta waħda, minkejja li damet sal-10.00pm iżda wkoll bl-aħjar użu tat-teknoloġija peress li x-xhud prinċipali xehed via video-conference.

Mal-għoti tad-digriet  kien hemm emozzjonijiet kbar fl-awla hekk kif Farrugia ingħata l-ħelsien mill-arrest. Ix-xhud prinċipali, l-allegat vittma, l-immigrant Lamin Jaiteh mill-Gambja rrakkonta dak li għadda minnu mill-waqa’ sakemm tħalla fit-triq f’Selmun mill-kuntrattur li kien iħaddmu.

“Ma ġejtx mormi fuq il-bankina, imma fit-triq. Spiċċajt fuq il-bankina minħabba li tkaxkart b’minkbejja għal fuq il-bankina, qal fix-xhieda tiegħu l-allegat vittma. Fis-seduta xehdu diversi persuni oħra fosthom it-tfajla li sabet lil Jaiteh ma’ l-art u li għenitu.

Għall-akkużat qed jidhru l-avukati tiegħu, Franco Debono u Matthew Xuereb. l-Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Priscilla Caruana Lee u l-Ispettur George Frendo li għamel mistoqsijiet lill-vittma. Għad Dier (Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol deheru l-Avukati Andrew Grima u Mattia Felice, għall OHSA l-Avukat David Saliba filwaqt li l-Avukat Gianluca Capitta deher għall-vittma.