Budget 2022 Edukazzjoni Lokali

“Nirrikonoxxu li l-budget ta l-professional status lill-edukaturi kollha iżda naqas fiż-żieda tas-salarji u apparat meħtieġ” – UPE

Il-President tal-UPE, Graham Sansone qal li ħafna apprezzaw il-fatt li dan kien l-ewwel budget li se jkun qed jagħti lil-LSEs u Kinder Educationers Professional Status.

Minn naħa l-oħra, Sansone saħaq li l-Gvern nesa ħafna affarijiet barra mill-budget. Fost dawn semma n-nuqqas ta’ bonus għall-ħaddiema, edukatur li mhux se jingħataw apparat fil-klassijiet filwaqt li l-iskejjel mhumiex attrezzati, u mhux se jkun hemm titjieb fis-salarji.