Għawdex Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

L-Għassa tal-Pulizija fir-Rabat Għawdex

Raġel mix-Xagħra weġġa’ gravi f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-8:45pm fi Rriq l-Ewropa, ir-Rabat Għawdex.

Fil-ħabta kienu nvoluti mutur tal-għamla Honda misjuq mir-raġel ta’ 34 sena residenti x-Xagħra u Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti x-Xagħra wkoll.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.