Lokali

Raġel ta’ 21 sena jintradam taħt l-irħam

Raġel ta’ 21 sena spiċċa mirdum taħt folji tal-irħam f’inċident f’Ħal Far.

Ir-raġel li huwa Eritrean u li huwa residenti Birżebbuga, sofra ġrieħi serji u mal-wasla tiegħu l-isptar Mater Dei instab li kien fil-periklu tal-mewt.

Dan wara li kien involut f’inċident fil-fabbrika fejn jaħdem fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm.

Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa, Monica Vella, bil-Pulizija għada qed tinvestiga.