Lokali

Sejba ta’ drogi wara diversi raids illi saru fil-Ħamrun u l-Marsa

Kmieni dalgħodu l-Pulizija ħabret li wara diversi rapporti li rċeviet il-Ġimgħa li għaddiet b’rabta ma’ illegalitajiet li setgħu kienu qed isiru fil-Ħamrun u l-Marsa, il-Pulizija tad-distrett, tal-komunita’, tad-drogi, tar-rapid intervention unit, tal-immigrazzjoni u tal-klieb, f’ħidma konġunta wettqu spezzjonijiet fi ħwienet fi Triq Qormi u Triq Dun Nerik Cordina Perez fil-Ħamrun, kif ukoll fil-Ġnien is-6 ta’ Awwissu fil-Marsa.

Waqt dawn l-spezzjonijiet ġew iċċekkjati d-dokumenti tal-persuni li nstabu f’dawn il-postijiet, u minn diversi tfittxxijet li saru, xi persuni nstabu fil-pussess tad-droga, filwaqt li ġew iċċekkjati wkoll il-permessi tal-istabbillimenti involuti.

Fil-Ġnien is-6 t’Awwissu fil-Marsa, instabu wkoll numru ta’ pakketti bid-droga kannabis, kif ukoll droga sintetika moħbija fil-ħamrija.