Kummerċ Lokali

Sitt vetturi lussużi misruqa fil-Kanada maqbuda mid-Dwana Maltija

Id-Dwana Maltija qabdet 3 Ford pick-ups F450, Jeep Grand Cherokee SUV, Jaguar F-pace u Ford Expedition SUV fil-Port Ħieles, vetturi li ilkoll insterqu fil-Kanada.

Dawn ġew interċettati mill-Uffiċċjali tad-Dwana permezz ta’ tagħmir li jeżamina l-kontejners, bid-dokumenti tat-3 kontejners ma qablux ma’ dak li nstab fihom.

L-Uffiċċjali tad-Dwana infurmawhom lill-Awtoritajiet Kanadiżi u lill-Pulizija Maltija b’din il-qabda li qed tiġi investigata aktar minnhom.

Bħalma ġara fil-vetturi interċettati l-ġimgħa l-oħra, it-3 kontejners kienu fi triqithom lejn Abu Dhabi.