“Tkellimna ftit wisq fuq ir-reputazzjoni ta’ Malta”. Hekk stqarr il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella waqt edizzjoni speċjali tal-programm Net Live li xxandret fuq Net Television propju f’jum il-Budget.
Josef Vella saħaq li b’rabta mal-lista l-griża tal-FATF, kien jixraq li jitwassal messaġġ b’saħħtu li l-lista l-griża u dak li ħareġ minnha ser inkunu qed naraw li nilħuqhom iżda sfortunatament din intesiet.
Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM saħaq li f’dan il-budget issemmew proposti li diġa kienu ssemmew f’budget preċedenti iżda li ma twettqux u għalhekk il-UĦM tistenna li din id-darba dawn il-proposti jidħlu fis-seħħ.
Huwa stqarr ukoll li iż-żieda ta’ €1.75 mhux biżżejjed b’rabta mal-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>