Budget 2022 Lokali

Żieda minima ta’ €1.75 lill-ħaddiema

€1.75 – Din hija ż-żieda li se jieħu l-ħaddiem Malti għas-sena d-dieħla. L-istess zieda ghat-tieni sena konsekuttiva…u fost l-inqas zidiet li ta Gvern Laburista, f’kuntrast maz-zidiet li kien jaghti Gvern Nazzjonalista.

Din hi żieda ferm aktar baxxa minn dik mistennija hekk kif ftit sigħat biss qabel il-preżentazzjoni tal-Budget, l-uffiċju Nazzjonali tal-istatisika ppubblika l-aħħar ċ-ċifri dwar l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna… li juru kif fl-aħħar seba’ xhur, il-prezzijiet komplew jisplodu ‘l fuq.

U wara li għal snin issa l-Gvern kien qed jammetti li l-mod kif tinħadem il-COLA trid tiġi aġġornata… il-Ministru tal-Finanzi qal li għadu se jibda jiddiskuti mod ieħor kif tiġi maħduma ż-żieda tal-għoli tal-ħajja mal-imsieħba soċjali. Din hija wkoll prattikament l-unika żieda li se jkunu qed jieħdu l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Fil-Budget, il-Ministru ħabbar żidiet ghal dawk bi dħul baxx.

Madankollu, dawk li se jkunu qed jibbenefikaw huma madwar 6% tal-ħaddiema kollha ta’ pajjiżna…. u dan għal darba biss. Dawk bi dħul ta’ inqas minn €14,318 se jieħdu żieda ta’ bejn €3.47 u €6.50.

Fid-diskors tiegħu… il-Ministru Clyde Caruana qagħad bogħod ferm mill-kontroversji… fosthom il-proġett tal-Electrogas. Filfatt il-powerstation tal-gass ma semmiet imkien u ssemma biss il-proġett tat-tieni interconnector.. kif ukoll il-possibiltà tal-użu tal-idroġenu bħala mezz ta’ enerġija; it-tnejn proposti tal-Partit Nazzjonalista.

Intant, fl-aħħar waslet ukoll l-ammissjoni tal-Gvern dwar is-serq fil-kontijiet tad-dawl. Dan wara pressjoni kbira mill-Partit Nazzjonalista dwar dik li Joseph Muscat, snin ilu, kien sejħilha anomalija.

Madankollu … minkejja din l-ammissjoni… il-Gvern baqa’ ma qalx li lest jagħti lura l-aktar minn 50 miljun ewro li nsterqu dirett mill-bwiet tal-familji Maltin fl-aħħar snin.

Dwar il-greylisting… fattur li mistenni jħalli daqqa iebsa fuq in-negożji u l-investimenti f’pajjiżna…fil-Budget kien hemm erba’ linji kollox li jgħidu li tfassal pjan ta’ azzjoni u li mistenni li jħalli r-riżultati mixtieqa. Iżda l-ebda ħjiel ta’ data meta pajjiżna se tinqala’ minn din il-lista xejn prestiġġjuża.

Dwar il-Ħabs… li tant issemma fl-aħbarijiet fl-aħħar xhur… għar-raġunijiiet il-ħżiena… ma ntqal prattikament xejn ħlief li se ssir estensjoni.

U dwar il-PBS… il-Gvern ħabbar li se jkun qed ikompli jinvesti fix-Xandir Nazzjonali… billi jiżviluppa kamra tal-aħbarijiet ġdida… iżda dwar riforma ta’ sustanza…. ma ssemma xejn.

Sadanittant… skont il-Ministru tal-Finanzi… Malta t’għada se jkollha dejn ta’ 61.8% tal-Prodott Gross Domestiku – dejn li qed ikompli jiżdied.