Budget fl-arja u mingħajr direzzjoni… budget mingħajr ebda pjan sostenibbli f’diversi setturi…. budget li jindirizza l-ħtiġjiet għal-lum biss.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Partit Nazzjonalista f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija u s-Servizzi Finanzjarji Kristy Debono u l-Kandidati Noel Muscat u Jerome Caruana Cilia.
Kristy Debono qalet li dan il-Budget m’għadu ebda strateġija u direzzjoni ta’ kif se jmexxi l-ekonomija ta’ pajjiżna… bl-ebda proposti għal oqsma ġodda li jkabbru l-ekonomija. Bi Gvern Laburista li suppost jaf li l-ikbar ostaklu li għandu pajjiżna huwa li jinsab fuq il-lista l-ġriża.
Hija żiedet tgħid li dan kollu huwa turija ċara li għall-iżbalji tal-kbarat qed jispiċċa jħallas iż-żgħir hekk kif it-tebgħa tal-grey listing qed taffetta anke liż-żgħir. U quddiem dan kollu għandna Gvern li qed iħaddan kultura ta’ impunità u immunità.
Min-naħa tiegħu l-Kandidat Noel Muscat saqsa lill-Gvern minn fejn se jġib il-flus biex jiffinanzja dan il-Budget… Budget li fih il-futur ma jissemma mkien
Huwa aċċenna li ħafna mill-miżuri li ssemmew fil-Budget kienu proposti li ressaq il Partit Nazzjonalista. Żied jgħid li dan kien budget li ma tax każ l-edukazzjoni ta’ wliedna. Budget ta’ teatrini li ma wriena xejn fejn pajjiżna irid jasal fejn jidħlu progetti kapitali, manidattura, edukazzjoni u sport.
Il-Kandidat Jerome Caruana Cilia qal li l-Gvern stess qed jammetti li d-defiċit għal dim is-sena se jkun id doppju għal dak li bassar. Huwa sostna li dan huwa budget li ma jindirizzawx l-ikbar sfidi li qed jaffaċċjaw in-nies fosthom l-għoli tal-ħajja. Budget li fih ma rajna xejn biex titrażżan l-għoli tal-ħajja.
Jerome Caruana Cilia qal li f’dan il-Budget ma smajna xejn dwar oqsma kruċjali li hemm bżonn isisr iktar intestiment fihom bi Gvern li qed jipprefikola b’mod dirett ix xogħol tal-ħaddiema li jahdmu fis servizzi finanzjarji. Quddiem dan kollu, il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li dan mhux il-pajjiż li jrid lil uliedna jikbru fih.
//= $special ?>