Fl-aħħar sigħat kienu rrappurtati 17-il każ ġdid pożittiv għall-COVID-19, filwaqt li fiequ 7 persuni oħra. Dan iwassal biex in-numru ta’ każijiet attivi jitla’ għal 280.
Bħalissa hemm seba’ persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei, b’persuna waħda biss tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensivi.
It-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus jibqa’ dak ta’ 459.
S’issa ngħataw 842,643 doża tal-vaċċin, 25,937 huma dożi tal-booster.
//= $special ?>