Fil-budget ta’ lbieraħ ħareġ li l-Gvern kompla jiddiskrimina bejn il-klabbs tal-futbol lokali. Il-klabb ta’ St. George’s qal li l-klabb m’huwiex kuntent wara li l-klabb ta’ Msida St. Joseph ġie mwiegħed grawnd tal-futbol ġdid.
Fl-istess messaġġ fuq Facebook, il-klabb kiteb li ilu snin twal fejn anke żdiedet il-pressjoni taħt din l-amministrazzjoni biex ikollu grawnd u faċilitajiet tal-futbol ġodda. Il-klabb ta’ St. George’s żied jgħid li qed iħossuwhom urtati b’dan u se jibqa’ jfakkar kif il-Gvern Laburista abbanduna lill-klabb u anke lit-tfal Bormliżi hekk kif dawn qed ikollhom imorru jitħarrġu ma’ klabbs oħra.
L-istqarrija għalqet tgħid li r-raħal ta’ Bormla huwa mdawwar bi klabbs li għandhom numru ta’ faċilitajiet, bil-klabb ta’ St. Georg’s tħalla jitħarreġ fi grawnd qalb it-tiġieġ fejn lanqas għandhom aċċess għall-faċilitajiet bażiċi.
//= $special ?>