Lokali Parlament

Il-Prim Ministru jeħel jekk iressaq liġi dwar il-ġid mhux spjegat

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-Gvern mhux se jdaħħal il-liġi dwar il-ġid mhux spjegat għaliex il-Prim Ministru jeħel minn dan il-proċess.

Jason Azzopardi qal li l-ħaddiema tal-Air Malta huma nkwetati dwar il-fatt li l-Gvern ma trattax lill-Air Malta fil-budget. Hu sostna li s-settur finanzjarju qed ibati l-korruzzjoni ta’ Carl Cini u Brian Tonna li għandhom sal-lum bil-warrant ta’ accountants; dan qed ikisser lill-accountants ġodda.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-budget il-Gvern lanqas tratta l-grey listing meta dan kisser ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta. Il-Gvern ħalla barra wkoll lin-negozji żgħar u medji u l-FATF u naqas milli jippreżenta pjan kif Malta se tnaddaf is-sitwazzjoni.

Konrad Mizzi u Yorgen Fenech jafu ħafna fuq il-PL u għalhekk il-Gvern ma jistax jitkellem, sostna Jason Azzopardi, li kompla li bħalissa erba’ snin ilu kriminali mħallsin kienu qed jippjanaw biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia fis-16 ta’ Ottubru.

Jason Azzopardi qal li l-Gvern għadu m’għamel xejn dwar l-inkjesta pubblika fuq il-qtil ta’ Daphne Carauan Galizia biex jiddefendi lill-ġurnalisti minn kawżi li jsiru kontriehom.