Futbol Sport

It-tim Malti ta’ taħt id-19-il sena b’telfa minima kontra l-Finlandja

Malta…………………………….0

Finlandja………………………1

Malta: A. Saliba, M. Gambin, B. Borg (S. Attard 74′), R. Micallef Decesare, I. Cutajar, J. Micallef (N. Agius 84′), N. Cross, D. Mifsud, D. Mifsud (J. Vassallo 63′), S. Cachia, J. Crossey (N. Sultana 74′), A. Spiteri (A. Zammit 63′)

Finlandja: H. Riihimaki, O. Kemppainen (M. Kivikko 68′), M. Koskela, J. Nikki, K. Wallius, O. Koskinen (N. Pyyhtia 79′), L. Hyrylainen, M. Stjopin (L. Ikonen 90′). C. Terho, A. Sadiku (K. Meriluoto 79′), N. Saarikivi

Referee: M. Barbu

Assistenti referees: M. Marica, M. Arys

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena sofra telfa minima kontra l-Finlandja hekk kif tilef 1-0. Din kienet it-telfa għat-tim Malti minn daqs tant partiti. Il-gowl uniku f’din il-partita wasal wara biss tnax-il minuta permezz ta’ Casper Terho.

Minkejja dan il-Maltin pruvaw iwettqu reazzjoni iżda l-Finlandja kienu wisq b’saħħithom fid-difiża bl-istess Finlandja jiddominaw ukoll il-pusses tal-ballun tul il-partita kollha.