Malta………………………..0
Montenegro……………3
Malta: D. Vella, K. Vella (I. Farrugia 18′), M. Micallef, S. Xerri, A. Apap-Bologna (J. Mallia 60′), I. Chukunyere, L. Caruana, E. Attard, K. Fenech (S. Gatt 76), Z. Barbara (R. Caruana 60), K. Leonardi (T. Cachia 76′).
Montenegro: P. Bobicic, J. Vukicevic, R. Camaj, D. Miranovic, T. Turovic (L. Bubanja 46′), V. Adzic (A. Skrobanovic 46′), L. Lecic, M. Roganovic (N. Radusinovic 91′), M. Perovic (N. Krivokapic 83), M. Tadic, B. Mrvaljevic.
Referee: I. Orlic
Assistenti referees: A. Basiul, E. Bucinskas
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena tilef l-aħħar partita tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej li se jsiru f’Ġipru aktar tard din is-sena meta tilef 3-0 kontra l-Montenegro.
It-tim Malti kien fil-grupp ukoll mad-Danimarka u t-Turkija, biż-żagħżagħ Maltin isibuha diffiċli kontra l-livell ta’ dawn it-timijiet. L-ewwel nofsiegħa tal-partita kienet waħda bilanċjata bi ftit opportunitajiet ta’ skor fuq iż-żewġ naħat.
Il-Montenegro fetħu l-iskor fl-54 minuta meta kien Milan Roganovic li kkastiga d-difiża Maltija wara żball u għeleb lil Vella b’xutt minn barra l-kaxxa. Il-Montenegro rduppjaw mas-siegħa logħob meta kien is-sostitut Luka Babanja li b’xutt b’saħħtu għamilhom 2-0. Bil-players Montenegrin jidhru aktar b’saħħithom fiżikament mill-Maltin, komplew joħolqu aktar opportunitajiet ta’ skor u kien fid-90 minuta li għamluhom 3-0 permezz ta’ Balsa Mrvaljevic.
Aktar kmieni t-Turkija għelbu lid-Danimarka wara l-ħin barrani u l-penalties biex temmew fil-quċċata tal-grupp.
//= $special ?>