Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjoni għall-protezzjoni tan-naħal

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fil-parlament qal li dawk li jkabbru n-nahal kellhom problema biż-żunżan bagħal li mhux parti mill-biodiversità Maltija għax qed jagħmel ħsara lin-naħla Maltija. Dan hu perikoluż u jiekol minn fuq l-iskart.

Dan ħoloq problemi kbar, sostna Edwin Vassallo, li appella lill-Gvern biex jiltaqa mal-esperti biex qabel jibda s-sjaf jkun hemm miżuri biex din il-problema tkun kontrollata. Hu qal li l-pulizija ma nvestigatx ħruq ta’ kaxxi tan-naħal f’Lapsi iżda investigat l-istess każ ta’ persuna li kien jaf l-ministru. Mhux ġust li l-bdiewa qed jitilfu l-art agrikola, sostna Edwin Vassallo.