Internazzjonali

Korea ta’ Fuq: Kim Jong-un jaħlef li jibni Armata ‘invinċibbli’

epa08094513 A photo released by the official North Korean Central News Agency (KCNA) on 30 December 2019 shows North Korean leader Kim Jong-un presiding over the second-day session of the 5th Plenary Meeting of the 7th Central Committee of the Workers' Party of Korea, in Pyongyang, North Korea, 29 December 2019. EPA-EFE/KCNA EDITORIAL USE ONLY

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq komunista, Kim Jong-un,  ħalef li jibni ‘armata invinċibbli u li ma jista’ għalih ħadd’, b’reazzjoni għall-‘politika ostili’ min-naħa tal-Istati Uniti. Fl-istess ħin, Kim Jong-un enfasizza li l-iżvilupp tal-armi se jkun intuż għad-difiża u mhux bl-intenzjoni li l-pajjiż ‘jibda gwerra’.

Il-kummenti tiegħu saru waqt wirja rari tal-armamenti għad-difiża fi Pyongyang li inkorporat ukoll varjatà ta’ missili kbar. Dan ukoll meta l-Korea ta’ Fuq, fl-aħħar jiem, ippruvat numru ta’ missili ta’ tip ‘hypersonic’ u għal kontra l-ajruplani.

Fid-diskors tiegħu waqt il-‘Esebizzjoni tad-Difiża 2021’, Kim tkellem dwar is-saħħa militari tal-Korea t’Isfel rivali iżda tenna li pajjiżu ma jridx li jiġġieled gwerra mal-ġar. Hu spjega li l-Korea ta’ Fuq mhix qed tħejji għall-kumbattimenti iżda qed taħseb biex tevita li ssir gwerra waqt li żżid il-mezzi ta’ deterrent bħala protezzjoni tas-sovranità nazzjonali.

Madankollu Kim Jong-un akkuża lill-Istati Uniti b’li qed tqajjem it-tensjoni bejn il-Korej u li ‘mhemm xejn x’jista’ iġiegħelu jaħseb li l-Amerikani mhumiex jaġixxu b’ostilità lejn pajjiżu’.