Enerġija Lokali

L-għada tal-Budget – niżvelaw żieda qawwija fil-prezz tad-diesel gasoil

Lanqas laħqu għaddew 24 siegħa mid-diskors mimli ftaħir ta’ “Budget bla taxxi” li mal-ewwel tfaċċa l-ewwel piż għall-industrija – żieda ta’ 7ċ kull litru għad-diesel industrijali li jintuża fost l-oħrajn mill-bastimenti tat-turisti kif ukoll mill-furnara.

Dan id-diesel huwa magħruf bħala Gasoil 0.1% u huwa fuel li jiġi ikkunsmat f’volumi kbar.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li żieda ta’ 7ċ tista’ titqies bħala taxxa ġdida, għaliex dan il-piż żgur ma jistax jinġarr mill-operaturi lokali u mill-furnara.

F’komunikat li wasal għand dawn il-persuni ġew avżati li b’mod immedjat, mil-lum, il-prezz tad-diesel kien se jitla’ għal 1.13ċ kull litru.